Kumpanija Lokali Tinvesti F’Nick Mercieca – Tifel B’Diżabilità B’Ħila Atletika Li Ma Titwemminx

 Kumpanija Lokali Tinvesti F’Nick Mercieca – Tifel B’Diżabilità B’Ħila Atletika Li Ma Titwemminx

Storja iebsa, spirtu tal-azzar: Minkejja li beda ħajtu b’diżabilità iebsa li serqitlu l-kapaċità li jimxi, u minkejja li t-tobba qalu lill-ġenituri tiegħu li huwa ma’ ħa jkun jaf jagħmel xejn, llum il-ġurnata Nick Merċieċa kapaċi jagħmel atti ta’ saħħa li l-maġġoranza tal-atleti ma jirnexxielhomx jagħmlu anke wara snin twal jitrenjaw.

Mistagħġbin bit-talent u l-abbiltajiet fiżiċi inkredibbli ta’ Nick, t-tim ta’ Fort Fitness, gym ġewwa Malta, ddeċidew li jappoġġjawh billi jinvestu f’siġġu tar-roti ta’ klassi dinjija li se jippermettilu jikkompeti fil-paralimpiċi u juri t-talent tal-għaġeb tiegħu.

It-tim ta’ Fort Fitness, magħrufin għall-kollobarozzjonijiet tagħhom ma’ diversi atleti Maltin, investew iktar minn €5000 f’dan is-siġġu magħmul attaposta għal-olympics. Is-siġġu tar-roti bħalissa qed jinħadem skont ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ Nick fl-Istati Uniti.

Barra minn hekk, il-preżentatur u kittieb Jon Mallia, flimkien mat-tim ta’ Fort Fitness qedin jikkolloboraw biex ixerdu l-storja ta’ Nick u jgħinuh jikseb dak li jixtieq.

Jon Mallia ħadem id f’id mal-familja ta’ Nick u l-kowċ tiegħu biex joħloq vidjo li joffri ħarsa lejn l-istorja ta’ dan il-ġuvnott. X’instab huwa ċar u jispikka mil-ewwel minuta: Komunità żgħira u tal-ħadid magħquda wara żagħżugħ b’qalb ta’ ljun u talent li jħallik b’ħalqek miftuħ.

“Nick u l-familja tiegħu jippersonifikaw l-ogħla virtù umana – il-kuraġġ. Kuljum jimxu’ l quddiem b’mod aggressiv lejn l-avversità u jipprevalu. X’unur assolut kien li dawn jaqsmu l-istorja tagħhom miegħi ” qal Jon Mallia

Meta Merċieċa twieled, t-tobba qalu lill-ġenituri tiegħu li huwa ma’ ħa jkun jaf jagħmel xejn. Nick mhux talli wera li kienu żbaljati billi jibrilla fil-karate, imma l-ispirtu tal-azzar tiegħu għen wkoll lil dawk ta’ madwaru jiġġieldu u jirbħu l-isfidi tagħhom.

“Nick huwa bniedem b’qalb kbira, determinazzjoni u passjoni lejn l-isport li jagħmel” qal il-kowċ ta’ Nick

Biex jipprepara ruħu għall-paralimpiċi, Merċieċa għandu skeda impenjattiva. Nick jitrenja tlett darbiet fil-ġimgħa fitness, umbad tlett darbiet oħra weight training. Apparti dan, huwa jkollu l-karate it-tnejn u l-ġimgħa w s-sibt jkollu t-training mat-tim nazzjonali ta’ Malta. Nick jitrenja wkoll l-calisthenics ma’ sensei tiegħu Tyler Tanti. B’kollox ilu jitrenja tmien snin.

Grazzi speċjali tmur lil Julian Bajada mill-Kumitat Paralimpiku Malti għall-appoġġ tiegħu w talli għaqqad lil kulħadd flimkien.

L-istorja ma’ tieqafx hawnhekk. Ibqa’ aġġornat dwar il-vjaġġ ta’ Nick billi ssegwi l-paġni soċjali ta’ Jon Mallia u Fort Fitness.

Segwi l-istorja ta’ Nick hawn taħt:

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com