Meta L-Arċisqof Gonzi Neħħa L-Piena Ekkleżjastika Minn Fuq Membri Tal-Labour Party

Kien it-23 ta’ Settembru tal-1964 meta l-Arċisqof Monsinjur Mikiel Gonzi neħħa l-piena ekkleżjastika tal-interdett minn fuq il-membri tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Malta Labour Party.
L-Interdett kien impost fl-1961 wara ħruġ ta’ dikjarazzjoni ta’ politika mill-partit. Fl-għoti tal-maħfra, l-Arċisqof qal li l-Knisja f’Malta kienet tittama li dan il-ġest ta’ rieda tajba jsib it-tweġiba mixtieqha minnha.
Madanakollu, uħud mill-Kleru xorta kompla jċaħħad lil ħafna milli jirċievu s-sagramenti, u l-ftehim uffiċjali bejn il- Knisja u l-MLP kien seħħ fl-1969.
Dan kien żmien fl-istorja Maltija, li kien weġġa’ ħafna nies.