Mill-25 T’Ottubru Jibda T-Tilqim Tal-Influenza

 Mill-25 T’Ottubru Jibda T-Tilqim Tal-Influenza

Id-Deputat Prim Ministru ħabbar li mill-25 t’ Ottubru sal-11 ta’ Novembru se tibda tingħata t-tilqima tal-influenza fil-kliniċi fil-komunità lill-persuni ta’ ’l fuq minn 55 sena, persuni li jaħdmu fl-istituzzjonijiet tas-saħħa u persuni b’ mard kroniku. Huwa spjega li tul dan il-perjodu, fi tmiem il-ġimgħa, it-tilqim se jkun iffokat fuq it-tfal ta’ bejn is-6 xhur u 12-il sena, fejn dawk bejn 6 xhur u sentejn jieħdu tilqima, filwaqt li dawk bejn is-sentejn u tnax-il sena jingħataw ispray.

Huwa enfasizza li din hija l-ewwel sena li l-pajjiż se jkun għaddej minn żewġ kampanji ta’ tilqim fl-istess żmien, dik tal-booster u tal-influenza, u għalhekk appella lill-pubbliku sabiex isegwi l-avviżi tal-Awtoritajiet għas-Saħħa dwar il-postijiet tat-tilqim sabiex tkun evitata l-konfużjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com