Peppi Azzopardi B’Ittra Lill-Arċisqof Biex Il-Papa Jżur Il-Ħabs Ta’ Kordin

 Peppi Azzopardi B’Ittra Lill-Arċisqof Biex Il-Papa Jżur Il-Ħabs Ta’ Kordin

“Naf illi l-għan prinċipali tal-Papa mhux li joqgħod jieħu b’idejn il-kbarat u jippoża għar-ritratti,” hekk fetaħ l-ittra tiegħu li ppubblika fuq il-mezzi soċjali Peppi Azzopardi fejn stieden lill-Papa sabiex jżur il-ħabsin fil-Ħabs ta’ Kordin.

Huwa qal li jaf li diġà hemm xi arranġamenti biex il-Papa jżur l-immigranti filwaqt li huwa rringrazzja lil Knisja f’Malta li żżomm jgħixu magħha ‘l fuq minn 450 immigrant, però qal li “fiċ-ċirkostanzi ta’ pajjiżna l-Papa Franġisku għandu jżur il-ħabs u jiltaqa’ mal-priġunieri.”

F’din l-ittra Peppi Azzopardi kwota diversi siltiet mid-diskorsi li għamel il-Papa meta żar diversi ħabsijiet f’pajjiżi differenti.

Huwa temm l-ittra tiegħu billi qal li  m’għandux dubju li meta jġi f’pajjiżna l-Papa Franġisku se jilqa’ dan l-appell u jżur il-ħabs ta’ Kordin.

“Kont il-ħabs u ġejt iżżurni.” Hekk ikkonkluda l-ittra Peppi Azzopardi lill-Isqof Mons. Charles Scicluna.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com