Raġel Ħebb U Weġġa’ Tliet Pulizija Waqt Li Kienu Qed Iwaqqfu Ġlieda F’Ħaż-Żabbar

 Raġel Ħebb U Weġġa’ Tliet Pulizija Waqt Li Kienu Qed Iwaqqfu Ġlieda F’Ħaż-Żabbar

Raġel ta’ 48 sena minn Marsaskala ġie arrestat wara li kien involut f’argument u ħebb għal tliet Pulizija waqt li kienu qed jippruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni.

Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta ta’ nofsillejl, f’Misraħ is-Sliem, Ħaż-Żabbar.

Tliet Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn irriżulta li kien hemm żewġt irġiel jargumentaw u kien għalhekk li ntervjenew mill-ewwel sabiex iferrquhom. F’dan il-mument wieħed mill-persuni, raġel ta’ 48 sena u residenti Marsaskala, ħebb għall-pulizija. Wara li kien immanetjat, kompla jkun aggressiv u jobżqilhom.

Żewġ persuni oħra, raġel ta’ 22 sena, ukoll residenti Marsaskala flimkien ma’ mara li l-identità tagħha għadha mhux magħrufa bdew jippruvaw iwaqqfu lil-pulizija milli jagħmlu l-arrest, jinsultawhom u jhedduhom.

Il-pulizija ngħataw l-għajnuna medika f’Ċentru tas-Saħħa u ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com