Tliet Nisa Irrikorrew Għall-Prostituzzjoni Minħabba L-Ispejjeż Tal-Kwarantini Li Għamlu

 Tliet Nisa Irrikorrew Għall-Prostituzzjoni Minħabba L-Ispejjeż Tal-Kwarantini Li Għamlu

Tliet nisa li l-età tagħhom tvarja bejn it-28 u l-40 sena, ammettew fil-qorti li wettqu prostituzzjoni f’San Ġiljan għaliex qalu li dan kien l-uniku mod biex iħallsu l-ispejjeż li l-kwarantini tal-Covid-19 ħolqitilhom.

It-tliet nis kolumbjani, ingħataw 9 xhur priġunerija, sospiżi għal 4 snin u ġew immultati €250 kull waħda.

Primarjament, it-tliet nisa ġew Malta biex jistudjaw l-Ingliż. L-Ewwel inqabdu fit-Turkija fi kwarantina hemm, u mbagħad għaddew minn kwarantina oħra f’Malta.

In-nisa deheru quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras illum fil-qorti.

Ritratt: CBC.ca

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com