“Xiehda Li T-Talb Wasal…Grazzi” – Robert Arrigo Jaqleb Għall-Aħjar
![“Xiehda Li T-Talb Wasal…Grazzi” – Robert Arrigo Jaqleb Għall-Aħjar](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/09/13e36a0ed58b2c2936fecf3ba9fad36f08e321f5-1598787867-5f4b911b-1920x1280-1-850x560.jpg)
Aħbar pożittiva dalgħodu hekk kif il-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo jidher li qaleb għal aħjar.
Ħabbar dan huwa stess permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu dalgħodu.
Arrigo qal li għamel 10 t’ijiem fl-ITU kawża ta’ infezzjoni f’ġismu kkawżata minn ġebla żgħira.
Bħalissa għadu jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei, però Arrigo fil-messaġġ tiegħu qal li beda miexi bil-mod.
“Xiehda li t-talb wasal. Grazzi,” qal Robert Arrigo filwaqt li rringrazzja lil kulħadd tas-sapport kollu li rċieva, “ħallejtuni bla kliem,” temm jgħid.