Anzjan Ta’ 77 Sena Jaqa’ Sular Għoli F’Sit Ta’ Kostruzzjoni Fil-Pietà

Fi ftit ħin, aċċident ieħor f’sit ta’ kostruzzjoni oħra fejn raġel ta’ 77 sena minn San Ġwann, għal xil-12:15pm, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ fi Triq Clarence, Tal-Pietà.
Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-vittma weġġa’ wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed f’sit ta’ kostruzzjoni.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serja.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.