Bil-Filmat: L-Attur Alec Baldwin Joqtol Lid-Direttur Tal-Fotografija Fuq Set Ta’ Film B’Pistola Maħsuba Finta

 Bil-Filmat: L-Attur Alec Baldwin Joqtol Lid-Direttur Tal-Fotografija Fuq Set Ta’ Film B’Pistola Maħsuba Finta

L-attur Amerikan Alec Baldwin b’mod aċċidentali qatel mara b’tir u darab raġel waqt ġbid ta’ film li kien qed isir fl-Istat ta’ New Mexico.

L-attur Baldwin spara pistola li kienet qed tintuża bħala prop waqt il-film. Normalment dawn l-armi jkunu finta u ma jkunx fihom balal fihom, f’dan il-każ jidher li ma kienx.

Huwa fl-isparatura laqat lid-direttur tal-fotografija tal-film Halyna Hutchins ta’ 42 sena, fejn mietet ftit wara li ttieħdet l-isptar. Id-Direttur tal-film Joel Souza wkoll ittieħed l-isptar.

Dan il-film ġdid bl-isem ta’ ‘Rust’ huwa ambjentat fis-seklu 19.

L-investigazzjoni tal-Pulizija Amerikana għaddejja, għalkemm s’issa jidher li ma kien hemm ħadd arrestat.

 

View this post on Instagram

 

A post shared by Halyna Hutchins (@halynahutchins)

 

View this post on Instagram

 

A post shared by Halyna Hutchins (@halynahutchins)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com