Raġel Arrestat B’Rabta Ma’ Pussess U Traffikar Tad-Droga Fil-Marsa

 Raġel Arrestat B’Rabta Ma’ Pussess U Traffikar Tad-Droga Fil-Marsa

Ilbieraħ, waqt li l-Pulizija tal-Komunità tal-Marsa kienet għaddejja fuq ronda fi Triq il-Pitkali, il-Marsa, innutaw erba’ persuni jitkellmu fuq taraġ imma xħin raw il-Pulizija, wieħed minnhom qam u kien se jitlaq minn fuq il-post.

Il-Pulizija ġieha suspett li dan seta’ kellu xi ħaġa illegali u għalhekk dan ġie mwaqqaf u saritlu tfittxija. Irriżulta li l-persuna, li aktar tard ġie identifikat bħala raġel ta’ 22 sena mill-Gambja, kellu fil-pussess tiegħu 16-il pakkett b’sustanza suspettata droga sintetika.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana u mistenni jitressaq l-Qorti llum, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com