Bojan Cmelik Ġie Kkundannat Għomru L-Ħabs U Perjodu Fis-Sena Iżolat Waħdu Fil-Ħabs
Bojan Cmelik ġie kkundannat għomru l-ħabs wara li nstab ħati mill-ġurati bi tmienja kontra wieħed għall-qtil ta’ Hugo Chetcuti.
Wara li ngħata l-verdett tal-ġurati wara sitt sigħat ta’ deliberazzjoni, il-Prosekuzzjoni u l-Parte Civile gġamlu s-sottomissjonijiet tagħhom, fejn l-avukat tal-familja Chetcuti talab għal sentenza t’għomor il-ħabs.
L-Imħallef Aaron Bugeja kkundanna lil Bojan Cmelik għomru l-ħabs kif ukoll ordna li Cmelik jagħmel perjodu fis-sena iżolat waħdu fil-ħabs.
Hugo Chetcuti, li kellu 52 sena kien miet sitt ijiem wara li kien qala tliet daqqiet ta’ sikkina fit-taraġ ta’ Santa Rita, Paceville quddiem wieħed mill-ħwienet tiegħu nhar is-6 ta’ Lulju 2018.
Dakinhar Cmelik kien ħarab jiġri minn fuq il-post, bil-Pulizija jirnexxielhom jiġru warajh u jaqbduh. Kien intuża t-taser gun mill-Pulizija fuq Cmelik biex jkun mrażżan.
Ritratt: NET News