Il-Kuntratturi Tat-Tindif F’San Vinċenz De Paul Jiksbu Tliet Ċertifikati Internazzjoni Ta’ Kwalità Fis-Servizz

 Il-Kuntratturi Tat-Tindif F’San Vinċenz De Paul Jiksbu Tliet Ċertifikati Internazzjoni Ta’ Kwalità Fis-Servizz

Kumpanija ewlenija tat-tindif f’Malta ‘X Clean Limited’, kisbet tliet ċertifikati ISO internazzjonali importanti li huma ISO 9001: 2015 għas-sistema ta’ Immaniġġjar ta’ livell għoli, ISO 14001: 2015 għas-sistema ta’ Immaniġġjar Ambjentali u ISO 45001: 2018 għas-Saħħa u s-Sigurtà.

Waqt il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati, James Azzopardi Meli, mill-kumpanija liċenzjata biex tirrapreżenta l-ISO qal li fis-snin ta’ esperjenza tiegħu, X Clean kienu l-ewwel kumpanija li mplimentat tliet standards ta’ livell bħal dawn f’daqqa.

Azzopardi Meli qal li dan juri impenn biex tkompli tittejjeb il-kwalità u l-livell tax-xogħol li diġà huwa eċċellenti, u sabiex b’sistema tajba ta’ maniġment, kontinwament il-kwalità tas-servizz, l-impatt fuq l-ambjent, u t-tisħiħ tas-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tagħhom u oħrajn fuq il-post tax-xogħol tagħhom jibqgħu ta’ l-aqwa livell.

X Clean huma l-kuntratturi ewlenin tal-iġjene u sanitarji fir-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com