Konrad Mizzi Jgħid Li Ħa Jkun Qed Jidher Quddiem Il-PAC Biex Iwieġeb Mistoqsijiet Dwar L-Electrogas

 Konrad Mizzi Jgħid Li Ħa Jkun Qed Jidher Quddiem Il-PAC Biex Iwieġeb Mistoqsijiet Dwar L-Electrogas

Hekk kif ftit siegħat wara li l-Partit Nazzjonalista ppreżenta mozzjoni sabiex il-Parlament jitlob lil Konrad Mizzi biex jidher quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Kontijiet Pubbliċi, huwa kiteb messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn qal li ħa jkun qed jattendi.

Id-Deputat Indipendenti Konrad Mizzi diġà ma deherx quddiem il-kumitat darbtejn fejn issa mistenni li ħa jkun qed jidher għada biex iwieġeb il-mistoqsijiet dwar il-kuntratt tal-Electrogas.

Huwa qal li “din il-mozzjoni m’hi xejn għajr tentattiv sabiex tiddevja l-attenzjoni mid-diskors tal-Prim Ministru dwar il-Baġit 2022.”

Mizzi tenna li “filwaqt li fil-ġimgħat li għaddew għażilt li ma nattendix skond id-drittijiet mogħtija mill-linji gwida ta’ dan il-kumitat, illum sabiex ma nħallix lin-Nazzjonalisti ifixklu l-ħidma tal-Gvern Laburista u d-diskors tal-Prim Ministru, jien għażilt li nattendi dan il-kumitat.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com