Il-President Ta’ Malta Jiffirma R-Rakkomandazzjonijiet Tad-Dokument tal-Budget

 Il-President Ta’ Malta Jiffirma R-Rakkomandazzjonijiet Tad-Dokument tal-Budget

Ftit tal-ħin ilu l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana flimkien mal-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia għadhom kemm ħallew il-Palazz tal-President fi triqthom lura għall-Parlament fil-Belt Valletta.

Il-Ministru Caruana ppreżenta d-dokumenti u l-estimi finanzjarji lill-President George Vella sabiex jiffirma l-kopji biex b’hekk il-Ministru jkun jista’ jaqra dan id-diskors tal-Budget li jkun rakkomandat mill-President innifsu.

Il-Ministru Clyde Caruana saq lilu nnifsu bil-karozza privata tiegħu mill-Ministeru, għall-Palazz, u lura għall-Belt Valletta.

Id-diskors mistenni jibda fis-6:30pm u għandu jdum madwar sagħtejn u nofs.

Wara d-diskors jkun hemm żewġ konferenzi tal-aħbarijiet waħda mill-Prim Ministru u oħra mill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com