Inizjattiva Sabiħa Ferm Mill-Anzjani Li Jattendu Ċ-Ċentri Għall-Anzjanità Attiva
Matul dawn l-aħħar ġimgħat il-membri anzjani ġewwa ċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva ħadu l-inizjattiva li jaħdmu tokens maħdumin bl-idejn biex jingħataw liċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali ntqal li dawn it-tokens saru bħala parti mill-attivitajiet tal-Pink October li saru ġewwa ċ-ċentri għall-Anzjanità Attiva sabiex tkompli tinħoloq kuxjenza u għarfien dwar it-tipi differenti ta’ kanċer kif ukoll dwar l-importanza li wieħed jagħraf is-sintomi tal-kanċer, minn kmieni.
Prosit!