Samuel Azzopardi Elett President Tar-Reġjun Għawdex

 Samuel Azzopardi Elett President Tar-Reġjun Għawdex

Fl-elezzjonijiet li saru llum il-PN tilef żewġ reġjuni oħra hekk kif ir-Reġjun Tramuntana ntebaħ minn Clifford Galea b’41 vot u r-Reġjun Għawdex ntrebaħ mill-kandidat indipendenti Samuel Azzopardi b’49 vot.

Samuel Azzopardi eks-Sindku Nazzjonalista tar-Rabat Għawdex ikkontesta b’mod indipendenti. Huwa reġa’ kkonferma l-kariga tiegħu għal terminu ieħor.

Dawn iż-żewġ reġjuni jgawdu l-maġġoranza ta’ kunsilliera Nazzjonalisti però xorta waħda ma rnexxielhomx iżommu din il-maġġoranza riflessa fl-elezzjoni tal-lum.

Il-PN issa baqa’ jgawdi l-maġġoranza ta’ reġjun wieħed biss, hekk kif il-PL għandu maġġoranza ta’ 4 reġjuni u reġjun wieħed indipendenti.

Illum saru wkoll elezzjonijiet sabiex jinħatru membri ġodda fl-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fejn il-PL tella’ tliet membri u l-PN tella’ membru wieħed. Dawn huma Axisa Steve, Bonello Charles, Sultana Steven, Zammit Max

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com