Sejħa Għall-Artisti Biex Jipparteċipaw Fi Rkant B’Risq Il-MCCF

 Sejħa Għall-Artisti Biex Jipparteċipaw Fi Rkant B’Risq Il-MCCF

Qiegħda tinħareġ sejħa għal applikazzjonijiet għall-artisti biex jissottomettu xogħlijet biex jinbiegħu fi rkant tal-arti online li se jsir f’Novembru 2021 b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

L-irkant se jsir online permezz ta’ sit elettroniku li se jitħabbar iktar ’il quddiem. L-artisti interessati għandhom jikkuntattjaw lill-organizzaturi fuq [email protected] sa tmiem il-ġurnata tal-Ħadd 31 ta’ Ottubru 2021.

Is-sottomissjonijiet kollha se jgħaddu minn proċess ta’ għażla u x-xogħlijiet tal-arti ser jintgħażlu mill-kumitat organizzattiv.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com