“Tiġi Meta Tiġi L-Elezzjoni, Il-Partit Nazzjonalista Se Jkun Ippreparat” – Bernard Grech
![“Tiġi Meta Tiġi L-Elezzjoni, Il-Partit Nazzjonalista Se Jkun Ippreparat” – Bernard Grech](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/10/242923526_425622518960393_8037336272789585697_n-e1635176163600-850x560.jpg)
“Robert Abela fl-aħħar temm l-ispekulazzjoni dwar jekk hux se jsejjaħ elezzjoni bikrija,” din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ftit minuti wara li l-Prim Ministru Robert Abela kkonferma mal-ġurnalisti li l-elezzjoni ħa tkun qed isir is-sena d-dieħla.
Bernard Grech f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali qal li l-Prim Ministru stenna sal-aħħar minuta, u b’mod irresponsabbli, ħoloq inċertezza għan-negozji.
Il-Kap tal-PN temm jgħid li “tiġi meta tiġi l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista se jkun ippreparat.”