Bil-Filmat: Angelo Caruana Jesplora Żewġ Għerien Mill-Isbaħ Fil-Limiti Ta’ Birżebbuġa

 Bil-Filmat: Angelo Caruana Jesplora Żewġ Għerien Mill-Isbaħ Fil-Limiti Ta’ Birżebbuġa

L-avventura għal din il-ġimgħa flimkien mal-esploratur Angelo Caruana ser toħodna f’żewġ għerien li jinsabu fil-limiti ta’ Birżebbuġa.

Għar ir-Riħ u Għar in-Nagħaġ, għalkemm hemm diversi xnihat li l-ismijiet tagħhom jistgħu ikunu differenti peress li hemm għerien oħra fil-istess akwata li ħafna jsejjħu bl-istess isem. Huma żewġ għerien li ftit jafu nies bihom però wieħed jista’ jilħaq faċilment dawn iż-żewġ għerien.

Għar ir-Riħ jinsab quddiem wieħed mill-passaġġi mal-irdum li l-bokka hija moħbija wara blata kbira. Kif tidħol fih issib diversi formazzjonijiet ta’ blat li ffurmaw mas-snin. Fl-aħħar tiegħu tiġi għal bokka oħra li tagħti għal fuq il-baħar b’veduti mill-isbaħ kif jixhdu dawn ir-ritratti u l-filmati li qasam magħna Angelo.

Tajjeb infakkru li dawn huma postijiet li meta wieħed iżurhom irid jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għax jistgħu ikunu ta’ periklu.

Tistgħu isegwu din l-avventura fuq dan il-filmat hawn taħt kif ukoll oħrajn li Angelo qed jaqsam magħna kull ġimgħa.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com