Ara: L-Attur Russell Crowe Lura Fil-Forti Ricasoli Fejn Inħadem Gladiator 22 Sena Ilu

 Ara: L-Attur Russell Crowe Lura Fil-Forti Ricasoli Fejn Inħadem Gladiator 22 Sena Ilu

L-attur ċelebri Russell Crowe llum wara nofsinhar żar Forti Ricasoli, fil-Kalkara, il-post fejn 22 sena ilu nġibed il-film Gladiator.

Bħalissa Russell Crowe jinsab Malta biex jiġbed xi xeni mill-film il-ġdid ‘Prizefighter: The Life of Jem Belcher’.

F’diversi messaġġi u anke ritratti fuq Twitter Crowe jidher li huwa kuntent ħafna li reġa’ rritorna lura Malta, għaliex fi kliemu pajjiżna huwa sabiħ ħafna u huwa pajjiż li huwa ħabb mill-ewwel darba li ġie lura fl-1999.

Ritratti: Gareth Degiorgio

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com