Ariana Grande Tintlemaħ Liebsa Par Ingwanti Tad-Disinjaturi Maltin Charles & Ron

F’ritratti li ppublikat ftit sigħat ilu l-artista ta’ fama mondjali Ariana Grande intlemħet liebsa par ingwanti tad-disinjaturi Maltin Charles & Ron.
5.2 miljun persuna għoġobhom dan ir-ritratt ta’ Ariana Grande fi ftit sigħat. Din l-artista hija segwita minn 277 miljun persuna fuq Instagram.
Din mhux l-ewwel darba li ċelebritajiet popolari ntlemħu lebsin ilbies ta’ Charles & Ron, fosthom kien hemm artisti bħal Michelle Williams, Ally Brooke, Noah Schnapp, Jessie J, Nathalie Emmanuel fost bosta oħrajn.
View this post on Instagram