Bil-Filmat: Ammont Kbir Ta’ Drenaġġ Qed Jispiċċa Fit-Toroq Ta’ San Pawl Il-Baħar

 Bil-Filmat: Ammont Kbir Ta’ Drenaġġ Qed Jispiċċa Fit-Toroq Ta’ San Pawl Il-Baħar

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali kif ukoll filmat il-kandidata tal-PN Graziella Galea ftit tal-minuti ilu għada kemm tkellmet dwar problema li qed jesperjenzaw ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar ta’ spiss.

“Għadni kemm mort fejn l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar. Ħerba sħiħa bi drenaġġ fit-toroq tal-madwar,” hekk għadha kif kitbet Galea fil-messaġġ tagħha, fejn permezz tal-filmat wieħed jista’ jara l-ammont kbir ta’ drenaġġ li ħiereġ fit-toroq.

Grazziella Galea qalet li nfurmat l-awtorità konċernata, fejn qalulha li ser ikunu fuq il-post f’ħin qasir sabiex din il-problema fejn l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar tiġi riżolta mill-aktar fis.

“Illum qabel għada hemm bżonn li l-infrastruttura tas-sistema ta’ drenaġġ ġewwa San Pawl il-Baħar tinbidel,” saħqet Graziella Galea filwaqt li qalet li dan qed iseħħ minħabba li l-lokalità kibret u l-popolazzjoni żdiedet b’mod drastiku.

Hija temmet tgħid li s-sistema tad-drenaġġ għandha tkun waħda li tlaħħaq mal-esiġenzi tal-lum. “Jekk dan ma jsirx, il-problema ser tkompli tiżdied b’riskju għal saħħitna u saħħet uliedna.”

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com