Dokumenti Miktuba Minn Albert Einstein Inbiegħu F’Irkant Għal €11.6 Miljun

 Dokumenti Miktuba Minn Albert Einstein Inbiegħu F’Irkant Għal €11.6 Miljun

Dokumenti miktuba minn Albert Einstein innifsu b’teoriji li ħareġ huwa stess inbiegħu waqt irkant f’Pariġi fi Franza għal €11.6 miljun.

Dan kien wieħed rekord hekk kif fl-2018 f’New York kienet inbiegħet ittra dwar Alla miktuba minn Einstein għal €2.4 miljun. Sena qabel f’Ġerusalem kienet inbiegħet ittra fuq is-sigriet tal-kuntentizza miktuba minn Einstein ukoll għal €1.39 miljun.

Dan id-dokument li nbiegħ ilbieraħ b’teoriji ta’ Albert Einstein kien stmat bejn €2 u €3 miljun, finalment inbiegħ għal €11.6 miljun.

Il-prezz telgħa daqshekk għaliex dan id-dokument ta’ 54 paġna miktub fl-1913 u l-1914 f’Zurich, fih teorija xjentifiċi miktuba minn Albert Einstein innifsu, li jagħmlu dan id-dokument rari.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com