Jinfaqa’ Jibki Fi Tmiem Tal-Ġuri Wara Li Ma Nstabx Ħati Li Qatel Lil Sieħbu Fil-Qawra

 Jinfaqa’ Jibki Fi Tmiem Tal-Ġuri Wara Li Ma Nstabx Ħati Li Qatel Lil Sieħbu Fil-Qawra

Okolo Innocent Okwudili, Niġerjan ta’ 39 sena lbieraħ nfaqa’ jibki fil-qorti hekk kif l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qrat il-verdett fejn qalet li ma nstabx ħati li qatel lil sieħbu b’daqqiet ta’ sikkina fil-Qawra.

Il-verdett li ngħata waqt dan il-ġuri kien wieħed unanimu.

Il-każ kien seħħ lura fil-lejl ta’ bejn l-14 u l-15 ta’ Marzu tas-sena l-oħra fil-Qawra.

Il-vittma kien Niġerjan ieħor bl-isem ta’ Amoubi Joseph Ezechi, li kien miet ftit tal-ħin wara li ddaħħal l-isptar Mater Dei f’qagħda kritika wara li allegatament kien qala’ daqqa ta’ sikkina f’sidru mingħand l-akkużat.

Rapporti kienu qalu li n-Niġerjan inqatel fuq argument dwar min se jixtri l-ikel u min se jsajjar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com