Żwiemel – Finali Kampjonat Kraft
Din is-sena l-Kampjonat Krafft reġa’ rritorna għall-Klassi Silver bid-differenza li minflok is-solitu erba’ tapep sar fuq tliet stadji.
Erbgħa u disgħin żiemel ipparteċipaw f’disa’ heats nhar il-Ġimgħa 8 t’Ottubru li minnhom sitta u tletin għaddew biex jiġru fi tliet semi finali li saru nhar il-Ġimgħa 22 t’Ottubru. Peress li kien hemm dead heat għar-raba’ post f’waħda mis-semi finali, il-finali kiener se tkun iddisputata bejn tlettax-il żiemel iżda sfortunatament wieħed miż-żwiemel ma setax jieħu sehem u għalhekk xorta tnax se jkunu wara l-karozza tat-tluq il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru.
Il-poloz tal-finali saru quddiem is-sidien infushom u dawn ittellgħu mir-rappreżentant lokali għad-ditta Krafft is-Sur Shaun Pete Azzopardi flimkien maċ-Chairman tal-Malta Racing Club u Equestri/Malta l-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi.
Il-poloz telgħu hekk:
1.BEST OF MORCHIES
2.BELLINA DE L’ODON
3.DONATELLO KILY
4.HALLAS JUDEX
5.GOLIATH BOKO
6.DERBY CHEVALERAIE
7.EL GUSTO
8.TRIOMPHE FERM
9.DIEGO DU COUDOU
10.GIGARO AM
11.DREAM TURGOT
12.BORIB DU RANDOU
Ritratt: MRC