Bil-Filmat: Qatt Tlajt Fuq L-Għolja Tas-Salvatur, F’Għawdex?

 Bil-Filmat: Qatt Tlajt Fuq L-Għolja Tas-Salvatur, F’Għawdex?

Għal ġimgħa oħra l-esploratur u avventurist Angelo Caruana qasam magħna avventura interessanti oħra, din id-darba fil-gżira Għawdxija.

Angelo Caruana ħadna fuq waħda mill-għoljiet dominanti li jinsabu f’Għawdex, dik li ħafna jsibuha l-għolja tas-Salvatur jew inkella l-Għolja tal-Merżuq.

Jiddomina fuq din l-għolja nsibu statwa tas-Salvatur magħmula mill-konkrit, madwar 320 pied il-fuq mill-baħar. Statwa li hija simili ħafna għal dik li nsibu f’Rio De Janiero, fil-Brażil però ħames darbiet iżgħar minnha, jiġifieri sitt metri għoli b’sitt metri wisa’.

Minn fuq din l-għolja wieħed jista’ jgawdi panorama mill-isbaħ tal-gżira kollha Għawdxija li bħalissa qisha kartolina bil-ġmiel ta’ natura li toffri wara x-xita li niżlet fuq il-gżejjer Maltin.

Angelo jfakkar li meta wieħed iżur dawn il-postijiet, irid jirrispetta l-ambjent ta’ madwaru billi ma jħammiġx, ma jagħmilx ħsara l-ħitan tas-sejjieħ kif ukoll juża’ passaġġi eżistenti biex ma jgħaffiġx kemm jista’ l-flora u fawna.

Tistgħu ssegwu iktar avventuri fuq https://www.youtube.com/c/AngeloCaruana

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com