“Binjiet Ġodda Għandhom Jkunu Preparati Biex Jkollhom Charging Station…” – Peter Agius

 “Binjiet Ġodda Għandhom Jkunu Preparati Biex Jkollhom Charging Station…” – Peter Agius

Il-Kelliem Ewlieni tal-PN Peter Agius tkellem dwar kif ilbieraħ fi Brussell il-Kummissjoni Ewropea ħabbret proposta ta’ liġi li tgħid li kull binja ġdida irid jibda jkollha charging stations għal karozzi elettriċi.

Agius f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu dwar din il-proposta qal li fil-fehma tiegħu dan huwa pass li għandu jintlaqa minn Malta. “L-iżviluppatur ta’ appartamenti jew binjiet ta’ uffiċini ġodda jeħtieġ li jippjana għas-snin li ġejjin fejn irridu naraw li l-karozzi l-ġodda mixtrija jkunu jaħdmu bl-elettriku,” tenna Peter Agius.

Huwa qal li Malta trid tkun fuq ta’ quddiem dwar dan, filwaqt li temm b’appell biex “nikkunsidraw minn issa emendi fir-regolamenti tal-ippjanar biex inwettqu din l-bidla lejn enerġija nadifa flimkien u bil-kontribut ta’ kulħadd,” sostna Peter Agius.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com