Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll U Waqa’ F’San Pawl Il-Baħar

 Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll U Waqa’ F’San Pawl Il-Baħar

Sewwieq ta’ mutur ta’ 26 sena ġarrab ġrieħi serji wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.

L-aċċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5:00am, fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 26 sena mill-Bangladesh residenti Marsaxlokk, waqa’ waqt li kien qed isuq mutur Kymco Agility u ġarrab xi ġrieħi.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com