Taljan Ta’ 29 Sena Arrestat B’Rabta Ma’ Traffikar Ta’ Droga B’Valur Ta’ €450,000

 Taljan Ta’ 29 Sena Arrestat B’Rabta Ma’ Traffikar Ta’ Droga B’Valur Ta’ €450,000

Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, Taljan ta’ 29 sena, residenti San Pawl il-Baħar ġie arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga suspettata kokaina u kannabis, allegatament biex tkun it-traffikata.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw kif nhar l-Erbgħa, ċċirkondaw lir-raġel f’San Pawl il-Baħar. Fi tfittxija li saret f’residenza u f’garaxx fl-istess lokalità u aktar tard f’garaxx fl-Imsida, il-Pulizija sabet madwar kilo u nofs kokaina u madwar 15-il kilo kannabis, b’valur fit-triq li jaqbeż l-€450,000. Instabu ukoll €250,000 fi flus kontanti.

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo qed tmexxi inkjesta.

Ir-raġel mistennija jitressaq il-Qorti llum akkużat fost oħrajn bi traffikar u pussess aggravat ta’ droga, kif ukoll b’ħasil ta’ flus, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com