Aġġornat: Abner Aquilina Qed Jiġi Interrogat Mill-Ġdid Fil-Kwartieri Ġenerali Tal-Pulizija

 Aġġornat: Abner Aquilina Qed Jiġi Interrogat Mill-Ġdid Fil-Kwartieri Ġenerali Tal-Pulizija

Abner Aquilina, il-ġuvni ta’ 20 sena suspettat li qatel lil Paulina Dembska f’Tas-Sliema, qed jiġi interrogat mill-ġdid mill-Pulizija wara li aktar kmieni ġie rilaxxat mill-Isptar Monte Carmeli.

S’issa għadhom mhux magħrufa l-konklużjonijiet tal-Psikjatri fl-Isptar Monte Carmeli, però u mifhum li l-Pulizija jistgħu jibdew jinterrogaw lil Aquilina.

Fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ftit tal-ħin ilu deher dieħel ukoll l-Avukat Dr Mario Mifsud, li huwa l-Avukat t’Aquilina.

Issa l-Pulizija għandha 48 siegħa sabiex tressaq lis-suspettat il-Qorti jew jingħata l-police bail. Huwa mifhum però li f’dan il-ħin stipulat il-Pulizija se tkun qed tixli lil Abner Aquilina bil-qtil ta’ Paulina Dembska, Pollakka ta’ 29 sena.

Minn riżultati tal-awtopsja jidher li t-tfajla mietet fgata waqt li kienet stuprata.

Qabel ma’ ġie riferut għall-Isptar Monte Carmeli, il-ġuvni ta’ 20 sena, miż-Żejtun waqt l-interrogazzjoni qal lill-Pulizija li hu “is-suldat ta’ Kristu” u kien qed jaġixxi skond dak li kien qed jisma’.

Allegatament huwa wettaq dan il-qtil sigħat biss wara li attenda sessjoni tal-moviment Ewkaristiku u kontroversjali River of Love.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com