Bil-Filmat: Xufier Ta’ Trakk Jispiċċa Imdendel F’Tarf L-Irdum

 Bil-Filmat: Xufier Ta’ Trakk Jispiċċa Imdendel F’Tarf L-Irdum

Dan il-filmat xokkanti juri trakk kbir li kien qed jiġbed kontejner, imdendel fit-tarf tal-irdum.

Dan il-każ seħħ fiċ-Ċina nhar il-Ħamis li għadda, wara li x-xufier qal li kien qed isegwi d-direzzjonijiet fuq Google Maps.

Huwa dam tliet ijiem jistenna l-għajnuna, hekk kif spiċċa f’triq dejqa u f’post remot ħafna li huwa diffiċli biex tasal fih.

Ix-xufier spjega li spiċċa mdendel fit-tarf tal-irdum minħabba li prova jsuq b’lura wara li x’ħin wasal quddiem mina din kienet żgħira wisq biex jgħaddi t-trakk.

Biex inħareġ it-trakk lura kienet operazzjoni mhux faċli u delikata ħafna, però finalment irnexxielhom jiġbdu lura t-trakk permezz ta’ gafef. Fortunatament ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident li seta’ kellu konsegwenzi koroh ħafna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com