Il-Qorti Tiddeċiedi Li L-Programm Awla Dwar L-Omiċidji Jista’ Jsir

 Il-Qorti Tiddeċiedi Li L-Programm Awla Dwar L-Omiċidji Jista’ Jsir

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili rrevokat mandat ta’ inibizzjoni li ħareġ fil-konfront tal-programm Awla biex il-programm tal-ġimgħa l-oħra li kien se jiddiskuti l-omiċidji ma jixxandarx.

Il-Qorti kienet laqgħet it-talba ta’ Justin Borg, li bħalissa qed jiffaċċja proċeduri kriminali relatati mal-qtil ta’ Chantelle Chetcuti, biex il-programm li fih kienet se tinstema’ intervista ma’ omm il-vittma, ma jixxandarx.

Fid-deċiżjoni tagħha, l-Imħallef Anna Felice qalet li Borg bena l-argument kollu fuq promo ta’ ftit sekondi li xxandar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-istess programm.

Wara li rat dan il-filmat l-Imħallef qalet li dan il-filmat qasir ma jidhirx li qed jikser id-drittijiet ta’ Borg. Qalet ukoll li l-kontenut tal-programm lanqas huwa magħruf u l-fatt li jissemma l-akkużat Justin Borg f’kuntest ta’ programm dwar l-omiċidji b’mod ġenerali, ma jinkisrulux id-drittijiet tiegħu.

Għaldaqstant, il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili awgurat li l-programm kollu jsir b’rispett totali filwaqt li rrevokat id-deċiżjoni tal-Qorti li ngħatat il-ġimgħa l-oħra u ċaħdet it-talba għall-ħruġ ta’ mandat minn Justin Borg.

Ritratt: Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com