Isma’: Bernard Grech Kien Qal Li Qatt Mhu Se Jippermetti Xi Ħadd Fil-Partit Favur L-Abort

 Isma’: Bernard Grech Kien Qal Li Qatt Mhu Se Jippermetti Xi Ħadd Fil-Partit Favur L-Abort

F’filmat u ‘sound byte’ li ttella’ minn paġna bl-isem ta’ ‘Ix-Xewka’, il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech jinstema’ jgħid li

“Dan il-partit, kien, għadu u se jibqa’ kontra l-abort. Hija dikjarazzjoni li għamiltha ċara u għamluha ċara ta’ qabli u għamilnieha ċara wkoll billi fl-istatut tagħna għandna mniżżel ċar u tond li dik hija l-pożizzjoni uffiċċjali tal-partit. U ħadd, ħadd, ħadd u nerġa’ nirrepeti ħadd, waqt li jiena Kap tal-Partit la fil-passat u lanqas fil-preżent u lanqas fil-futur mhu se nippermetti li xi ħadd fil-partit se jkun favur l-abort u jibqa’ fil-partit jew jibqa’ b’xi mod jirrappreżenta l-partit.”

Madankollu meta kien intervistat minn ġurnalisti kif jidher fil-filmat, Bernard Grech qal li l-pożizzjoni tal-PN kienet, għadha u tibqa’ kontra l-abort, anzi favur il-ħajja u li dik hija l-linja ġenerali fil-partit. “Madanakollu, tifhem ukoll li Roberta Metsola għandha wkoll issa mandat ta’ parlament sħiħ Ewropew, ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ Ewropej illi għandhom direzzjoni differenti u għandha wkoll obbligi lejn dawk il-pajjiżi kollha li hija qiegħda tirrappreżenta”.

Intom x’taħsbu dwar dan?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com