L-Għaqda Każini Tal-Banda B’Laqgħa Mal-Prim Ministru Dwar Il-Futur Tal-Festi

 L-Għaqda Każini Tal-Banda B’Laqgħa Mal-Prim Ministru Dwar Il-Futur Tal-Festi

Ilbieraħ delegazzjoni mill-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda, immexxija mil-President Dr Noel Camilleri, kellha laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela.

Din il-laqgħa saret wara li l-Għaqda għamlet diversi talbiet sabiex tkun tista’ tpoġġi madwar mejda mal-Awtoritajiet tas-Saħħa biex flimkien mal-Kurja jkunu jistgħu jiddiskutu u jitfasslu protokolli sabiex il-festi esterni jkunu jistgħu jerġgħu jibdew isiru skond is-sitwazzjoni tal-pandemija. L-Awtoritajiet tas-Saħħa baqgħu qatt ma’ aċċettaw l-istedina tal-Għaqda.

L-Għaqda Każini tal-Banda qalet li matul din il-laqgħa kordjali u nformattiva mal-Prim Ministru ġie diskuss kif jistgħu jiġu organizzati l-Festi matul din is-sena.

Matul din il-laqgħa ġew diskussi ukoll temi oħra bħal kif is-Soċjetajiet tal-Banda jistgħu jibqgħu aktar sostenibbli għal ġid tal-komunitajiet lokali tagħna.

L-Għaqda Każini tal-Banda qalet li tħares l-quddiem għal aktar djalogu għal ġid tal-Festa Maltija u l-Kultura Bandistika ta’ pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com