L-Omicron Ħoloq 5 Darbiet Inqas Tensjoni Dinjija Minn Varjanti Oħra Ta’ Bħal Daż-Żmien Sena

Għalkemm l-infezzjonijiet bil-Covid żdiedu u żdiedu sew, anke f’Malta stess fejn qed naraw l-akbar ammont ta’ każijiet attivi li qatt kien hawn irreġistrati, wieħed irid iħares lil hinn minnhom.
Sostna dan rapport fuq BBC minn Nick Triggle; korrispondent tas-Saħħa fejn qal li l-Omicron qed jikkawża inqas tbatija f’min jaqbdu l-Covid-19.
Semma wkoll kif meta kkumparat mas-sena l-oħra, l-Omicron qed joħloq 5 darbiet inqas tensjoni fuq l-awtoritajiet tas-saħħa minn varjanti li kien hawn sena ilu.
Dan huwa studju li sar ibbażat fuq l-Ingilterra.