Nhar Ta’ Tnejn Ħafna Jitfgħu L-Istess Ritratt – “Bonġu Bidu Ta’ Ġimgħa Oħra”

 Nhar Ta’ Tnejn Ħafna Jitfgħu L-Istess Ritratt – “Bonġu Bidu Ta’ Ġimgħa Oħra”

Kemm ninfluwenzaw lil xulxin? Ħafna wkoll. Dan joħroġ mill-posts li nitfgħu fuq il-midja soċjali.

Nhar ta’ Tnejn … Bonġu bidu ta’ ġimgħa oħra. Il-ġimgħa … TGIF.

Lejliet il-Milied …. bil-kowt, il-libsa li lbisna, ir-rigal u l-proposti għaż-żwieġ. Nhar il-Milied, il-‘family photo’.

Fl-istrina… ċemplu ċemplu, imbagħad meta jmut xi ħadd, anke jekk ma nafuhx … kien raġel sew jew mara tajba, kondoljanzi.

Xtrajt karozza, ma nurihiex mill-ewwel, intella’ ritratt tal-fanal u mbagħad ir-rimm … imbagħad inħallieha għal meta m’għandix xi ntella’ basta ntella’ għax niġġennen.

Li nitfħgu għax nemmnu fih jew għax ninfluwenzaw ruħna minn xulxin u nħossuna inqas jekk ma nagħmlux bħalhom? ‘Food for thought’ jgħidu l-Ingliżi.

Intom x’taħbsu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com