Persuni Omosesswali Fi Franza U L-Greċja Se Jkunu Jistgħu Jibdew Jagħtu D-Demm – F’Malta?
L-Awtoritajiet tas-Saħħa Franċiżi u Griegi waqfu l-projbizzjoni li rġiel omosesswali ma’ setgħux jagħtu d-demm matul ħajjithom kollha.
Attivisti kienu qed joġġezzjonaw għal din il-projbizzjoni li kienet tmur lura għas-snin 70 u li qatt ma ġiet aġġornata.
S’issa huma dawn l-ewwel żewġ pajjiżi li waqfu l-istigma li persuni gay kellhom minħabba li l-liġi ma’ ġietx aġġornata maż-żminijiet u mal-avvanz tax-xjenza.
Din hija problema li tinsab f’bosta pajjiżi Ewropej inkluż f’Malta, fejn sal-lum raġel omosesswali ma’ jistax jagħti donazzjoni tad-demm bħal kull persuna oħra.
Dan is-suġġett tqajjem ukoll mis-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi fejn qal li d-deċiżjoni ta’ Franza u l-Greċja kienet waħda ta’ minn ifaħħar, fejn aġġornaw liġijiet diskriminatorji, antiki u li kienu qed jweġġgħu lill-persuni gay.
Zrinzo Azzopardi saħaq li se jkun qed jaħdem flimkien mal-kollegi tiegħu u l-attivisti sabiex f’Malta jkollna pożizzjoni simili ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi Ewropej.
#France and #Greece remove ban that restricts gay and bi men from donating #blood 🩸. This is an outdated notion that is discriminatory and hurtful. I look forward to working with colleagues and activists to achieve a similar position for #Malta.
— Stefan Zrinzo Azzopardi (@stefanzrinzo) January 11, 2022
X’taħseb dwar dan?
Ritratt: pinknews.co.uk