Roselyn Borg Knight Tirriżenja Minn Segretarju Internazzjonali Tal-PN

 Roselyn Borg Knight Tirriżenja Minn Segretarju Internazzjonali Tal-PN

Il-Partit Nazzjonalista għadu kemm ħabbar li Roselyn Borg Knight irriżenjat mill-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali.

Il-PN fi stqarrija rringrazzja lil Roselyn Borg Knight għas-snin ta’ servizz li tat fid-diversi karigi li okkupat. Il-PN awguralha wkoll għall-futur u l-għażliet li għamlet fil-karriera tagħha.

Il-Kap tal-PN, Bernard Grech irringrazzja lil Roselyn Borg Knight u wera fiduċja li hi se tibqa’ tagħti l-kontribut u l-appoġġ lill-Partit fix-xhur u s-snin li ġejjin.

Intant il-PN qal li fil-ġranet li ġejjin se jkun qed jiftaħ il-proċess sabiex jinħatar is-suċċessur fil-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com