Min Huma L-Favoriti Li Jirbħu L-Eurovision Ta’ Malta?

 Min Huma L-Favoriti Li Jirbħu L-Eurovision Ta’ Malta?

Ninsabu fil-ġimgħa tant mistennija tal-Malta Eurovision Song Contest 2022 fejn wara nuqqas ta’ tliet snin dan il-festival ser ikun qed joffri pjattaforma lill-artisti lokali sabiex jesebixxu t-talenti mużikali tagħhom filwaqt li jittantaw xortiehom biċ-ċans li jirrapreżentaw lil Malta fis-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li din is-sena ser issir f’Turin l-Italja.

Minn analiżi li għamel is-sit StradaRjali.com jidher li l-aktar tlett kanzunetti li s’issa kisbu popolarita’ online huma Ritmu ta’ Aidan, Out of Sight tal-kantanta Emma Muscat u Into the Fire ta’ Nicole Azzopardi.

Il-vot tal-pubbliku ser ikollu sehem importanti fl-għażla tas-semi finali tal-Ħamis kif ukoll tal-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej. Nhar il-Ħamis minn 22 semi-finalista irridu jintgħażlu 16-il kanzunetta għall-finali tas-Sibt li ġej. Il-vot tal-pubbliku ser ikun qiegħed jingħaqad ma’ voti oħra minn ġurija esperta’.

Din hija l-klassifika s’issa skont l-aktar li raw il-filmati tal-kanzunetti online.

Aiden – Rittmu – 113K
Emma Muscat – Out of Sight – 91K
Nicole Azzopardi – Into the Fire – 40K
Malcolm Pisani – We Came for Love – 39K
Denise – Boy – 31K
Baklava Ft Nicole – Electric Indigo – 26K
Matt Blxck – Come Around – 22K
Jessika – Kaleidoscope – 22K
Giada – Revelacion – 18K
Nicole Hammet – A Lover’s Heart – 17K
Rachel Lowell – White Doves – 16K
Richard Edwards – Hey Little – 15K
Derrick – II – 15K
Jessica Grech – Aphrodisiac – 14K
Janice Mangion – Army – 14K
Raquel – Over You – 14K
Enya Magri – Shame – 14K
Marina Conte – Look What You’ve Done Now – 13K
Francesca – Rise – 13K
Sarah Bonnici – Heaven – 12K
Norbert – How Special You Are – 12K
Mark Anthony Bartolo – Serenity – 10K

Int min taħseb li ser jirbaħ il-Eurovision ta’ din is-sena?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com