Twissija Ta’ Riħ Qawwi Bejn Għada U T-Tlieta

 Twissija Ta’ Riħ Qawwi Bejn Għada U T-Tlieta

Ir-riħ mill-Majjistral (NW) mistenni li jitqawwa fil-jumejn li ġejjin, partikolarment nhar it-Tlieta li ġej.

Ir-riħ se jitqawwa minn ftit qawwi (Forza 5) matul għada t-Tnejn filgħodu għal qawwi ħafna (Forza 7) sa filgħaxija b’xi buffuri qawwija b’qawwa ta’ riefnu (Forza 8) matul il-jum tat-Tlieta.

Evitaw il-kosti fejn jaqbel dan ir-riħ, minħabba li l-mewġ mistenni jilħaq sa 5-6 metri fejn l-aktar li jkun jaqbel. Evitaw ukoll li tħallu vetturi pparkjati taħt siġar kbar.

Is-servizzi bil-katamaran u l-fast ferry mistennija li jiġu sospiżi għal xi ħinijiet.

Din it-twissija se tidħol fis-seħħ minn tard filgħodu t’għada t-Tnejn 21/2 sa tard it-Tlieta 22/2 filgħaxija, bir-riħ ikun l-aktar qawwi matul it-Tlieta 22/2 filgħodu.

Xerrdu għall-oħrajn ukoll.

Ritratt: Redeemer Saliba

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com