Kurt Shaw Jirbaħ L-Unur Tal-BOV Plejer Tax-Xahar

 Kurt Shaw Jirbaħ L-Unur Tal-BOV Plejer Tax-Xahar

Id-difensur ta’ Sliema Wanderers Kurt Shaw huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2022.

Il-player internazzjonali ta’ 22 sena matul Jannar iddistingwa ruħu fiċ-ċentru tad-difiża għat-tim tiegħu, dan apparti żewġ gowls fundamentali u li bihom fl-istess xahar il-Wanderers kisbu żewġ rebħiet identiċi ta’ 1-0 fuq Balzan u Sirens rispettivament.

Riżultati li ppermettew lit-team Slimiż jibqa’ għaddej fit-taqtiegħa biex jevita rrelegazzjoni.

Il-Viċi President tal-Malta Football Association Matthew Paris flimkien ma’ Stefan Abela Manager CSR and Communications tal-Bank of Valletta ppreżentaw it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar lil Shaw, li għażel lil Caritas biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com