Għaddej Ġmielu X-Xogħol Fuq Il-Bandli Tal-Imdina

 Għaddej Ġmielu X-Xogħol Fuq Il-Bandli Tal-Imdina

Ix-xogħol fuq il-bandli tal-Imdina miexi ġmielu, hekk kif tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg waqt żjara li saret, fejn ġew segwiti x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan l-istess Ministeru.

Il-Ministru Ian Borg qal, “Dawn il-bandli huma sinonimi ma’ bosta familji Maltin li xi darba jew oħra żgur li żaru dan il-post sabiħ flimkien ma’ uliedhom. Għaldaqstant qegħdin naraw li permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet se nkunu qed noffru spazju miftuħ ieħor iktar sigur u mgħammar bl-aqwa playing equipment għat-tfal tagħna. F’dawn l-aħħar snin, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq ħidma estensiva li tvarja minn proġetti komunitarji sa dawk nazzjonali bħalma hu il-Malta National Park.”

Il-bandli l-antiki ġew maqlugħa u bħalissa għaddejjin xogħlijiet li jinkludu skavar, servizzi ta’ taħt l-art, pavimentar, tqegħid ta’ railings u xogħol ieħor fuq sistema ġdida ta’ drenaġġ kif ukoll tal-ġbir tal-ilma. Il-bankijiet li kien hemm inqalgħu u tpoġġew f’ġonna oħra hekk kif kien suġġerit mill-Kunsill Lokali tal-Imdina.

Ix-xogħol fuq il-bandli tal-Imdina huwa stmat li ġej jiswa’ madwar €1.4 miljun u mistenni jkun lest sal-ewwel ġimgħa ta’ Mejju 2022.

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com