Edward Montebello Nħatar Kap Tal-Komunikazzjoni Fl-Uffiċċju Tal-Prim Ministru
Is-Sur Montebello se jibda jservi f’dan l-irwol minn nhar it-Tnejn, 2 ta’ Mejju.
Gradwat fl-istorja u fl-edukazzjoni, is-Sur Montebello ħadem ta’ għalliem u ilu involut fil-ġurnaliżmu għal dawn l-aħħar 18-il sena. Ħadem bħala editur tal-aħbarijiet, ipproduċa u ppreżenta wkoll numru ta’ programmi u dokumentarji.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jrodd ħajr lis-Sur Matthew Carbone tal-ħidma importanti tiegħu meta serva f’dan l-irwol fl-aħħar snin, wara li mill-2013 sal-2019 kien Deputat Kap fl-istess uffiċċju.
Ritratt: OPM