Meta L-Ispeaker It-Tabib Daniel Micallef Għamel Stqarrija Importanti U Storika

Bħal-lum 26 t’April tal-1982, fis-seduta tal-Kamra tad-Deputati, l-Ispeaker it-Tabib Daniel Micallef għamel stqarrija li fiha ddikjara bħala battala l-postijiet kollha tad-deputati kollha eletti tal-Partit Nazzjonalista.
Huwa talab li tkun infurmata l-President tar-Repubblika Agatha Barbara biex toħroġ ir-writ għal elezzjoni ġenerali.
Ir-rappreżentanti Nazzjonalisti ma kinux ħadu posthom fil-parlament wara r-riżultat tal-elezzjoni fl-1981 meta l-Partit kiseb maġġoranza tal-voti iżda mhux il-maġġoranza tas-siġġijiet.
Meta ssejħu l-elezzjonijiet kaġwali, ħadd ma kien elett minn ġewż kandidati indipendenti li kkontestawhom.