Anzjan Imut Wara Li Waqa’ Kważi Sular F’Għalqa F’Kerċem

 Anzjan Imut Wara Li Waqa’ Kważi Sular F’Għalqa F’Kerċem

Anzjan ta’ 74 sena tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ kważi sular f’għalqa, f’Kerċem.

L-aċċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-8:30am, f’għalqa fi Triq Għar Ilma, Kerċem, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-vittma mir-Rabat, Għawdex jidher li waqa’ għoli ta’ kważi sular għal ġo għalqa minn trejqa biswit l-istess għalqa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, imma sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com