Bil-Filmat: Gaffa Kbira Tipprova Tgħaddi Minn Bejn Il-Karozzi F’San Ġiljan – Hekk Sew?

 Bil-Filmat: Gaffa Kbira Tipprova Tgħaddi Minn Bejn Il-Karozzi F’San Ġiljan – Hekk Sew?

Gaffa kbira mhux ħażin tipprova tgħaddi b’mod perikoluż minn triq residenzjali b’karozzi pparkjati fuq iż-żewġ naħat u b’karozzi li kellhom isuqu lura biex jagħmlu spazju biex tgħaddi l-gaffa.

Dan il-filmat wasal għadna ftit tal-ħin ilu mingħand resident li qasam it-tħassib tiegħu dwar dan il-każ.

Kien hemm min qalilna li din il-gaffa faċilment kienet qed tistieden li jsir xi aċċident jew ħsara fuq xi karozzi. Qalulna wkoll li dawn l-inġenji suppost ikunu mgħobbija fuq trailer.

Dan il-każ seħħ illum f’San Ġiljan.

X’taħseb dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com