Bil-Filmat: Iċ-Ċkejken Quiven Nieqes Mid-Dawl Iżda Jawgura Lil Owen Bonniċi Bil-Pjanu

 Bil-Filmat: Iċ-Ċkejken Quiven Nieqes Mid-Dawl Iżda Jawgura Lil Owen Bonniċi Bil-Pjanu

Iċ-Ċkejken Quiven li ġieli kitbna dwar il-kapaċitajiet tiegħu fuq dan is-sit, illum sab il-ħin jaħseb fil-Ministru Owen Bonnici li qed jiċċelebra għeluq sninu.

“Din għalik Owen”, qallu Quiven f’filmat li bagħatlu f’dan il-jum ta’ twelidu. Daqqlu l-awguri bil-pjanu.

Quiven huwa magħruf għat-talent mużikali tiegħu tant li anke rajnieh f’avvenimenti nazzjonali fejn ingħata l-opportunità jesebixxi t-talent tiegħu.

Awguri u bravu Quiven u mill-ġdid, awguri Owen Bonnici.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com