“Dalgħodu Komplejna Nsaħħu L-Inklussività Fl-Isport” – Dr Lydia Abela

“Dalgħodu komplejna nsaħħu l-inklussività fl-isport.” Hekk stqarret mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela fuq il-midja soċjali tagħha fejn spjegat kif permezz ta’ investiment minn Yachting Malta, persuni b’diżabilità issa għandhom l-opportunità li jipprattikaw l-isport tal-parasailing u saħansitra jikkompetu f’kompetizzjonijiet.
Dan huma kompetizzjonijiet internazzjonali bix-xiri ta’ tliet dgħajjes adattati apposta għal persuni b’diżabilitajiet varji.
“Nawgura li dan l-investiment jattira iktar persuni b’diżabilità lejn l-industrija tat-tbaħħir”, temmet tgħid Abela.