Ħidma Biex Jiġi Kkontrollat Nar Qawwi Li Nfirex F’Wied Għomor F’San Ġiljan

 Ħidma Biex Jiġi Kkontrollat Nar Qawwi Li Nfirex F’Wied Għomor F’San Ġiljan

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejjin b’ħidma sabiex jikkontrollaw nirien li żviluppaw f’Wied Għomor, fl-inħawi ta’ San Ġiljan.

Jidher li n-nar beda għall-ħabta tat-3pm, bin-nar sa issa jidher li nfirex sew f’diversi partijiet ta’ dan il-wied.

Kawża ta’ dan, hemm xi toroq fiż-żona li jinsabu magħluqa, kif ukoll r-residenti fil-viċinanzi qegħdin ikunu mħeġġa jagħlqu t-twieqi tad-dar tagħhom minħabba dħaħen kbar li hemm fiż-żona.

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com