Il-Funeral Ta’ Graziella Stivala Se Jsir Nhar Il-Ħamis Li Ġej

“Il-funeral tal-għażiża tagħna Graziella ħa jsir il-Ħamis 26 ta’ Mejju fid-8:45am fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar.”
Hekk kiteb l-attur Michael Stivala, ħu Graziella li ħalliet din id-dinja nhar is-Sibt li għadda.
Appella biex titmexxa l-kelma biex tingħata tislima xierqa lil din iż-żagħżugħa Naxxarija li kienet maħbuba minn kulħadd.
Insellmu l-memorja tagħha.